Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0781

    Kawża T-781/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Madre Querida et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 45, 6.2.2023, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/28


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Diċembru 2022 – Madre Querida et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-781/22)

    (2023/C 45/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Madre Querida, SL (Burela, Spanja), Hermanos Galdo, SL (Burela), Pesqueras Breogan, SL (Burela), Breso Pesca, SL (Burela), Casariego 99, SL (Ribadeo, Spanja), Pesquerías Mapa, SL (Gozon, Spanja), Virgen de Pastoriza, SL (Burela), Pesca Norte Breogan, SL (Burela), Basanta Frá Hnos, CB (Burela), Armapesca Burela, SL (Burela), Deycon Pesca, SL (Viveiro, Spanja), Larrabaste, SLU (Cariño, Spanja), Pesqueras Canoura, SL (Burela), Pesqueras Luarquesa, SL (Navia, Spanja), Pastor Nauta, CB (Cervo, Spanja), Villaselan 99, SL (Tapia de Casariego, Spanja), Organización de Productores Pesqueros del Puerto de Burela (LUGO) (Burela) (rappreżentanti: Á. Givaja Sanz, A. Lamadrid de Pablo u V. Romero Algarra, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (1);

    sussidjarjament, u b’mod inċidentali, tiddikjara l-invalidità tal-paragrafi 6 u 9 tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (2), konformement mal-Artikolu 277 TFUE; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq l-argument li l-Artikolu 2 u l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiksru prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet: jiksru l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni sa fejn jittrattaw b’mod identiku tagħmir tas-sajd li huwa differenti kif ukoll sa fejn jittrattaw b’mod differenti l-ilmijiet tal-Atlantiku tal-Grigal; jiksru l-prinċipju ta’ proporzjonalità sa fejn imorru lil hinn minn dak li jirriżulta xieraq u meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd.

    2.

    It-tieni motiv, li huwa sussidjarju għall-ewwel motiv, iqajjem eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-paragrafi 6 u 9 tal-Artikolu 9 tar-Regolament 2016/2336 sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jiksru prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni billi jmorru kontra l-Artikolu 291 TFUE kif ukoll kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


    (1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar (ĠU 2022, L 242, p. 1).

    (2)  Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 (ĠU 2016, L 354, p. 1).


    Top