Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0777

    Kawża T-777/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Penguin Random House vs EUIPO – Ediciones Literarias Independientes (PLAN B)

    ĠU C 71, 27.2.2023, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 71/33


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2022 – Penguin Random House vs EUIPO – Ediciones Literarias Independientes (PLAN B)

    (Kawża T-777/22)

    (2023/C 71/44)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Penguin Random House Grupo Editorial, SAU (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ediciones Literarias Independientes, SL (Barcelona)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva PLAN B – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 887 136

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Settembru 2022 fil-Każ R 2015/2021-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tal-prodotti fil-klassijiet 9 u 16 mhux koperti mit-trade mark Spanjola PLAN B (imħallta) Nru 3 641 418 u li huma koperti mit-trade mark tal-Unjoni Ewropea kkontestata.

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top