EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0712
Case T-712/22: Action brought on 13 November 2022 — Funchinvest v Commission
Kawża T-712/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Fuchinvest vs Il-Kummissjoni
Kawża T-712/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Fuchinvest vs Il-Kummissjoni
ĠU C 35, 30.1.2023, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/68 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2022 – Fuchinvest vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-712/22)
(2023/C 35/88)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Fuchinvest Real Estate Participações, Unipessoal, Lda (Zona Franca da Madeira) (Funchal, il-Portugal) (rappreżentanti: A. Ferreira Correia u R. da Palma Borges, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1414 tal-4 ta’ Diċembru 2020 dwar l-iskema ta’ għajnuna SA.21259 (2018/C) (ex 2018/NN) implimentata mill-Portugall għal Zona Franca da Madeira (ZFM) – Reġim III (notifikata bid-dokument C(2020) 8550) (ĠU 2022, L 217, p. 49), ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-702/22, TA vs Il-Kummissjoni.