EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0627

Kawża T-627/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Vi.ni.ca. vs EUIPO – Venica & Venica (agricolavinica. Le Colline di Ripa)

ĠU C 451, 28.11.2022, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 451/19


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2022 – Vi.ni.ca. vs EUIPO – Venica & Venica (agricolavinica. Le Colline di Ripa)

(Kawża T-627/22)

(2022/C 451/23)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Vi.ni.ca. Srl – soc. agr. (Ripalimosani, l-Italja) (rappreżentant: S. Di Pardo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Venica & Venica di Gianni e Giorgio Venica Ss soc. agr. (Dolegna del Collio, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “agricolavinica. Le Colline di Ripa” bil-kuluri abjad, iswed, aħmar u aħdar –Trade mark tal-Unjoni Nru 18 196 079

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 90/2022-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla jew tal-inqas tbiddel id-deċiżjoni kkontestata, billi tiddikjara valida it-trade mark ikkontestata, agricolavinica. Le Colline di Ripa, sa fejn hija ma tixbah la viżwalment, la fonetikament u lanqas kunċettwalment it-trade mark preċedenti, VENICA, u fejn ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenut u l-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top