This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0616
Case T-616/22: Action brought on 3 October 2022 — Breville v EUIPO (Cooking devices)
Kawża T-616/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)
Kawża T-616/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)
ĠU C 441, 21.11.2022, p. 28–28
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/28 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)
(Kawża T-616/22)
(2022/C 441/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Breville Pty Ltd (Alexandria, l-Awstralja) (rappreżentanti: F. Caruso, G. Grippiotti, M. Pozzi, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1 444 467-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 613/2022-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-restitutio in integrum mitlub.
Motivi invokati
— |
Żball ta’ liġi fil-kuntest tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għal restitutio in integrum; |
— |
Ksur tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |