EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0610

Kawża T-610/22: Rikors ippreżentat fit 30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO (BoneKare)

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/26


Rikors ippreżentat fit 30 ta’ Settembru 2022 – Nienaber vs EUIPO (BoneKare)

(Kawża T-610/22)

(2022/C 441/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Jannah Nienaber (Cloppenburg, il-Ġermanja), Andreas Nienaber (Cloppenburg) (rappreżentant: J. Eberhardt, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea BoneKare – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 411 756

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2022 fil-Każ R 348/2022-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top