Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0409

    Kawża T-409/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Glonatech vs REA

    ĠU C 389, 10.10.2022, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/11


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2022 – Glonatech vs REA

    (Kawża T-409/22)

    (2022/C 389/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Global Nanotechnologies AE schediasmou anaptyxis paraskevis kai emporias ylikon nanotechnologies (Glonatech) (Lamía, il-Greċja) (rappreżentant: N. Scandamis, avukat)

    Konvenut: L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tiddikjara li r-rikorrenti ssodisfat korrettament l-obbligi kuntrattwali tagħha u li hija kompletament intitolata għall-ħlas tal-ispejjeż mitluba għall-Proġett SANAD u tannulla n-Nota ta’ Debitu Nru 3242113938 bħala li tikser id-dritt applikabbli billi ddikjarat l-ispejjeż miċħuda bħala ineliġibbli; u

    tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem din il-Qorti Ġenerali, jew, fil-każ li t-talbiet mitluba f’dan ir-rikors ma jintlaqgħux, ma tikkundannax lir-rikorrenti għall-ispejjeż fid-dawl tal-kumplessità ta’ din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li r-“Rapport ta’ Awditu Finali” li jirrigwarda l-kumpens mogħti lill-persunal ssekondat mir-rikorrenti għall-qsim tal-konoxxenzi u l-mobbiltà intersettorjali għandhom jitqiesu li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim (iktar 'il quddiem il-“GA”) minħabba li dan ir-rapport kien twettaq mir-REA b’mod eċċezzjonali fid-dawl ta’ finanzjament b’rata fissa proprju għar-riċerka bbażat fuq l-twettiq u r-riżultati u għalhekk mhux suġġett għal awditu ex post iżda wkoll sa fejn l-imsemmi rapport ġie redatt manifestament b’mod inkwiżitorjali, peress li jippreżumi żbalji sistematiċi li madankollu jitqiesu bħala ta’ ebda natura sistematika, u b’hekk jiġu bbażati fuq kundizzjonijiet xierqa għal tipi differenti ta’ proċedura.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat sussidjarjament fuq li, kieku tali kontroll kellu jitqies li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-GA, kellu jsir bħala awditu ex ante mill-uffiċjal awtorizzanti kif ibbażat fuq provi meħuda minn mekkaniżmi ta’ spezzjoni elettronika stabbiliti fl-organizzazzjoni ospitanti (KU), speċifikament inkarigata mill-ġbir tad-data tas-sekondar fil-bini proprju tagħha, u kellha tkun issorveljata mill-konvenuta. Billi naqas milli jagħmel dan, dan tal-aħħar kiser it-termini tal-GA meta evalwa b’mod korrett skont id-dritt applikabbli.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq li anki li kieku l-awditu kellu jitqies li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt u li l-oneru tal-prova jaqa’, bħala prinċipju, fuq ir-rikorrenti, iċ-ċaħda tal-ispejjeż tas-sekondar, waqt awditu ex post minħabba żbalji sistematiċi mhux xierqa għal tali awditu, peress li jirreferi għal finanzjament b’rata fissa, saret bi ksur tal-prinċipju ta’ bona fide mhux biss fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (UE, Euratom) (1), fis-seħħ fiż-żmien tal-awditu (l-Artikolu 181(2))), iżda wkoll fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt b’mod ġenerali: permezz ta’ diskrezzjoni illegali, l-entità tal-awditjar ċaħdet is-suffiċjenza ta’ awditu tal-prestazzjoni għal finanzjament b’rata fissa sabiex tevalwaha fuq data storika ċċertifikata u awditjata tal-benefiċjarju, u, minflok, hija pprevileġġjat tipi ta’ prova li jirreferu għall-ġenerazzjoni ta’ avvenimenti tal-attivitajiet koperti minn finanzjament b’rata fissa. Tali inverżjoni fl-oneru tal-provi ċaħdet lir-rikorrenti mid-dritt li tinterpreta l-obbligi kuntrattwali tagħha għall-benefiċċju tagħha f’kuntest legali ta’ termini vagi li nħolqu mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (2) dak iż-żmien applikabbli kif ukoll mill-aġir kontradittorju tal-konvenuta fis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-GA.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq li meta tiġi kkunsidrata kif xieraq il-varjetà ta’ provi konkorrenti, interni kif ukoll esterni, iżda wkoll l-orjentazzjonijiet qarrieqa qabel u matul l-implimentazzjoni, id-diskrepanzi u l-lakuni nnutati fil-provi għandhom jiġu injorati jew, għall-inqas, jitqiesu fid-dimensjoni proprja tagħhom, iżda ma jwasslux għal ċaħda sħiħa minħabba li huma sistematiċi, b’mod partikolari fejn għandhom jiġu injorati bħala fil-infondati jew ta’ effett negliġibbli skont il-prinċipju ġenerali tal-proporzjonalità.


    (1)  ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36.

    (2)  ĠU 2012, L 298, p. 1.


    Top