EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0363

Kawża T-363/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 – Akhmedov vs Il-Kunsill

ĠU C 294, 1.8.2022, p. 45–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 294/45


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ġunju 2022 – Akhmedov vs Il-Kunsill

(Kawża T-363/22)

(2022/C 294/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Farkhad Teimurovich Akhmedov (Baku, l-Azerbajġan) (rappreżentant: W. Julié, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni kkontestata”), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrent;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut iħallas kumpens għad-danni materjali u morali mġarrba mir-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrent għad-difiża tiegħu.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (3), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (4), u l-Artikolu 3(1)(g) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas- 17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (5), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (6), huma illegali u jiksru l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-fatti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà.


(1)  ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131.

(2)  ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130.

(3)  ĠU 2014, L 78, p. 16.

(4)  ĠU 2022, L 50, p. 1.

(5)  ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64.

(6)  ĠU 2022, L 51, p. 1.


Top