Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0362

    Kawża T-362/22: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2022 – Bazhaev vs Il-Kunsill

    ĠU C 303, 8.8.2022, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/54


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Ġunju 2022 – Bazhaev vs Il-Kunsill

    (Kawża T-362/22)

    (2022/C 303/69)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Musa Yusopovich Bazhaev (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrent fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014;

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2), sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrent fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2014/269 tas-17 ta’ Marzu 2014;

    tikkundanna lill-Kunsill jħallas EUR 1 000 000 fuq bażi provviżorja bħala dannu morali mġarrab mir-rikorrent;

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-motivi invokati mill-Kunsill.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.


    (1)  ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 131.

    (2)  ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifika fil-ĠU 2022, L 141, p. 130.


    Top