Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0357

    Kawża T-357/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2022 – Das Neves vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/42


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2022 – Das Neves vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-357/22)

    (2022/C 294/58)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: José das Neves (La Hulpe, il-Belġju) (rappreżentant: J.-P. Vandersteen, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-12 ta’ Ottubru 2021 meħuda kontra tiegħu mill-[kunfidenzjali(1);

    tikkundanna lill-konvenuta tħallsu s-somma ta’ EUR 20 000 bħala kumpens għad-dannu morali u finanzjarju tiegħu;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2021 li tindirizzalu twissija, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest tal-evalwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq abbuż ta’ poter.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 21 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


    (1)  Informazzjoni kunfidenzjali mhux żvelata.


    Top