Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0343

    Kawża T-343/22: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Mozelsio vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 58–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 57–58 (GA)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/58


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2022 – Mozelsio vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-343/22)

    (2022/C 284/79)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Muriel Mozelsio (Enghien, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Grisay u A. Ansay, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tirċievi din it-talba għal annullament/responsabbiltà mhux kuntrattwali/evalwazzjoni inċidentali ta’ validità;

    tiddikjaraha ammissibbli u, konsegwentement,

    prinċipalment

    tiddikjara r-rikors għal annullament ammissibbli fir-rigward tal-assenza li jintbagħat dokument li jistabbilixxi d-drittijiet tar-rikorrenti għal rimbors, dokument li seta’ jikkawża preġudizzju;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Marzu 2022;

    u tibgħat il-fajl lura lill-Awtorità tal-Ħatra sabiex tkun tista’ tiddetermina l-ammont li għandu jingħata lura lir-rikorrenti;

    sussidjarjament

    tiddikjara r-rikors għad-danni ibbażat fuq arrikkiment indebitu fondat;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għad-dannu finanzjarju subit mir-rikorrenti, evalwat fid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors, għas-somma ta’ EUR 15 051,38 f’kapital;

    infinitament sussidjarjament

    titlob lill-Kummissjoni sabiex tispeċifika l-metodu ta’ kalkolu tagħha u tapplikah għall-każ inkwistjoni;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità fl-Artikolu 77(1) u l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”). Ir-rikorrenti ssostni, insostenn tal-illegalità tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, li uffiċjal jew membru tal-persunal għandu jkun jista’ jagħmel għażla infurmata dwar it-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tal-pensjoni tiegħu għas-sistema Ewropea fil-mument li jieħu l-pensjoni tiegħu u mhux qabel. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regola attwali timplika differenza fit-trattament meta mqabbel ma’ uffiċjal li jew jgħaddi l-karriera kollha tiegħu fi ħdan is-sistema Ewropea, jew ikun daħal fis-servizz tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma jittrasferixxi drittijiet tal-pensjoni miksuba qabel fis-sistema tal-pensjoni ta’ Stat Membru. Ir-rikorrenti b’hekk tqis li jeżisti ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni li jirriżulta fl-illegalità tad-dispożizzjonijiet ikkontestati.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmirijiet ta’ assistenza u premura msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li, meta ġew ittrasferiti d-drittijiet tal-pensjoni tagħha, hija ma rċeviet l-ebda tabella li tispeċifika li hija kellha dritt għar-rimbors tal-ekwivalenti attwarju mhux akkreditat tal-ammonti kkontribwiti għall-iskema nazzjonali oriġinali tagħha u mhux kontabilizzati fis-sistema tal-pensjoni tal-Unjoni.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-fatt li xi uffiċjali jingħataw rimbors meta d-drittijiet tal-pensjoni tagħhom jiġu ttrasferiti u oħrajn ma humiex jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ diskriminazzjoni inġustifikata.

    4.

    Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ arrikkiment indebitu għad-detriment tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti ssostni li, fil-mument tat-trasferiment tad-drittijiet nazzjonali tagħha għall-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, ma seħħ ebda rimbors tal-eċċess tal-ekwivalenti attwarjali mhux ikkunsidrat għall-kalkolu tal-akkreditazzjoni tas-snin ta’ anzjanità tagħha.


    Top