Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0339

    Kawża T-339/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Chocolates Lacasa Internacional vs EUIPO – Esquitino Madrid (Conguitos)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 54–55 (GA)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/55


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – Chocolates Lacasa Internacional vs EUIPO – Esquitino Madrid (Conguitos)

    (Kawża T-339/22)

    (2022/C 284/76)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: Chocolates Lacasa Internacional, SA (Utebo, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix u J. Vicente Martínez, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mariano Esquitino Madrid (Elche, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Conguitos” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 601/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla u tirrendi bla effett id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità totali tat-trade mark tal-Unjoni Nru 10 546 836 Conguitos (figurattiva), għall-klassijiet 3, 14 u 18;

    tikkundanna lill-konvenut quddiem il-Bord tal-Appell u lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 53(1)(a), flimkien mal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Ksur tal-Artikolu 53(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top