Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0336

    Kawża T-336/22: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – PN vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 55–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 54–54 (GA)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/55


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2022 – PN vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża T-336/22)

    (2022/C 284/75)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: PN (rappreżentant: D. Giabbani, avukat)

    Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ r-rikors preżenti fir-rigward tal-forma;

    fuq il-mertu, tiddikjarah ġustifikat u fondat;

    permezz ta’ bidla tiddeċiedi li tinżamm l-evalwazzjoni fl-eżerċizzju għas-sena 2019, jiġifieri B f’Kompetenza, C f’Rendiment u B f’Imġieba fis-servizz;

    inkella tiddikjara n-nullità tal-evalwazzjoni tal-eżerċizzju għas-sena 2019.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni adegwata tal-evalwazzjoni tar-rikorrent fir-rigward ta’ kull parti ta’ din l-evalwazzjoni.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-ispirtu tat-test tal-Gwida tal-Evalwazzjoni u tal-għanijiet tagħha.


    Top