Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0328

    Kawża T-328/22: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Korres vs EUIPO – Naos (EST. KORRES 1996 HYDRA-BIOME)

    ĠU C 303, 8.8.2022, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 303/50


    Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2022 – Korres vs EUIPO – Naos (EST. KORRES 1996 HYDRA-BIOME)

    (Kawża T-328/22)

    (2022/C 303/65)

    Lingwa tar-rikors: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrent: Korres AE – Fysika Proionta (Metamorfosi, Attica, il-Greċja) (rappreżentant: S. Tsimikalis, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naos SAS (Aix-en-Provence, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva EST. KORRES 1996 HYDRA-BIOME li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 197 304

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2022 fil-Każ R 1410/2021-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top