This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0293
Case T-293/22: Action brought on 19 May 2022 — PB v SRB
Kawża T-293/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2022 – PB vs SRB
Kawża T-293/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2022 – PB vs SRB
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 48–48
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 44–44
(GA)
4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/48 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2022 – PB vs SRB
(Kawża T-293/22)
(2022/C 257/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PB (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenut: Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Presidenta tas-SRB tas-16 ta’ Lulju 2021 li ma tikklassifikax mill-ġdid lir-rikorrent wara l-eżerċizzju ta’ riklassifikazzjoni 2021; |
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla d-Deċiżjoni tas-SRB tal-14 ta’ Frar 2022 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrent fil-15 ta’ Ottubru 2021 fil-konfront tad-deċiżjoni li ma tikklassifikahx mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli proċedurali applikabbli għall-implimentazzjoni tal-eżerċizzju ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid kif previst mill-Artikolu 5 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni tal-Artikolu 54 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (iktar ’il quddiem id-“DĠE”). |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-analiżi żbaljata tal-Artikolu 4 tad-DĠE u l-evalwazzjoni żbaljata tal-livelli ta’ responsabbiltà fil-konfront ta’ servizz u mhux fil-konfront ta’ grad. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-regoli ta’ proċedura tal-kumitat imħallat ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid u tal-obbligu li jitfassal rapport dwar kull eżerċizzju ta’ evalwazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti u l-ksur tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ prevedibbiltà u ta’ ċertezza legali kif ukoll tal-eżistenza ta’ parzjalità, għall-inqas oġġettiva, minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni f’diversi stadji tal-proċedura. |
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u żbalji mwettqa fil-lista tal-fatturi evalwati. |
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Anness II tad-DĠE u tal-medja prospettata stabbilita. |
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fajl tar-rikorrent, tal-merti tiegħu u tal-anzjanità tiegħu meta mqabbel mal-kollegi tiegħu li jagħmlu parti mill-istess direttorat. |