Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0265

    Kawża T-265/22: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – PSCC 2012 vs EUIPO – Starwood Hotels & Resorts Worldwide (LA BOTTEGA W)

    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 36–37 (GA)

    4.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/40


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2022 – PSCC 2012 vs EUIPO – Starwood Hotels & Resorts Worldwide (LA BOTTEGA W)

    (Kawża T-265/22)

    (2022/C 257/52)

    Lingwa tar-rikors: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: PSCC 2012 Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: P. Alessandrini u E. Montelione, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Starwood Hotels & Resorts Worldwide LLC (Bethesda, Maryland, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “LA BOTTEGA W” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 592 581

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2022 fil-Każ R 621/2019-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla u tbiddel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark LA BOTTEGA W;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikoli 60 u 8 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    Ksur tal-Artikolu 42 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bordijiet tal-Appell.

    Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top