This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0258
Case T-258/22: Action brought on 12 May 2022 — BSW — management company of ‘BMC’ holding v Council
Kawża T-258/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill
Kawża T-258/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 37–38
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 33–34
(GA)
4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/37 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill
(Kawża T-258/22)
(2022/C 257/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: AAT Byelorussian Steel Works – management company of “Byelorussian Metallurgical Company” holding (BSW – management company of “BMC” holding) (Zhlobin, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2), fl-intier tagħhom sa fejn jaffettwaw lir-rikorrenti; u |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni, jiksru d-dritt għal smigħ xieraq u jiksru d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u jikkostitwixxu użu ħażin ta’ poter. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati huma sproporzjonati, imorru lil hinn mill-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni u jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti. |