EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0141

Kawża T-141/22: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Sport1 vs EUIPO – SFR (SFR SPORT1)

ĠU C 191, 10.5.2022, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 191, 10.5.2022, p. 30–31 (GA)

10.5.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/35


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2022 – Sport1 vs EUIPO – SFR (SFR SPORT1)

(Kawża T-141/22)

(2022/C 191/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Sport1 GmbH (Ismaning, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Krekel u C. Otto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société française du radiotelephone – SFR (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SFR SPORT1 bl-aħmar, l-abjad u l-iswed – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 161 317

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 2329/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top