EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0109

Kawża T-109/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (frutania)

ĠU C 158, 11.4.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 158, 11.4.2022, p. 10–11 (GA)

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/13


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2022 – Schneider vs EUIPO – Frutaria Comercial de Frutas y Hortalizas (frutania)

(Kawża T-109/22)

(2022/C 158/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Markus Schneider (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Bergermann u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Frutaria Comercial de Frutas y Hortzlizas, SL (Zaragoza, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea frutania ta’ kulur blu – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 987 419

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 1058/2017-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż inklużi dawk tal-proċedimenti ta’ appell.

Motiv invokat

applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top