EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0087

Kawża T-87/22: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2022 – Hahn Rechtsanwälte vs Il-Kummissjoni

ĠU C 165, 19.4.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 165, 19.4.2022, p. 32–33 (GA)

19.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 165/38


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2022 – Hahn Rechtsanwälte vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-87/22)

(2022/C 165/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Hahn Rechtsanwälte PartG mbB (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Künstner, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2021)9326 final tas-7 ta’ Diċembru 2021;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivi ta’ rifjut skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1)

Il-Kummissjoni ma wrietx l-eżistenza ta’ interessi kummerċjali, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, denji ta’ protezzjoni tal-partijiet fil-proċedura ta’ akkordju AT.40178 – Emissjonijiet tal-karozzi, u lanqas ma wettqet eżami individwali ta’ kull każ.

Il-Kummissjoni ma tistax tinvoka l-protezzjoni tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni, peress li din hija investigazzjoni li tirrigwarda akkordju diġà magħluq li ta lok għal deċiżjoni definittiva u li, minbarra dan, il-Kummissjoni ma wettqitx eżami individwali ta’ kull każ.

Il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar, minkejja li l-kundizzjonijiet tal-ewwel u/jew tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma humiex issodisfatti, li għandu bħala effett inverżjoni inammissibbli tar-relazzjoni bejn regola u eċċezzjoni f’dak li jikkonċerna d-dritt ta’aċċess.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri li jiġġustifika l-iżvelar, fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Il-Kummissjoni b’mod żbaljat ma kkonstatatx l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri fis-sens tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Il-ksur tal-interess ġenerali huwa f’dan il-każ manifest, sa fejn l-akkordju antikompetittiv jikkonċerna wkoll it-tagħmir ta’ riduzzjoni tal-vetturi ħfief privati u fejn emissjonijiet eċċessivi ta’ ossidi ta’ nitroġenu għandhom effetti dannużi għal wirt komuni bħas-saħħa, l-ambjent u l-klima.

Skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA), in-numru ta’ mwiet dovut għat-tniġġis tal-ajru ta’ diossidu ta’ nitroġenu huwa ta’ madwar 12 800 persuna fis-sena għall-Ġermanja biss.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami konkret ta’ aċċess parzjali konformement mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001

Il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod suffiċjentement konkret jekk, sussidjarjament, għandux jingħata aċċess parzjali għall-fajl skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Ma kienx hemm eżami tal-kwistjoni jekk miżura li tikkonċerna d-dritt ta’ aċċess inqas restrittiv fir-rigward tar-rikorrenti hijiex eventwalment possibbli.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


Top