EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0056

Kawża T-56/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2022 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

ĠU C 158, 11.4.2022, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 158, 11.4.2022, p. 8–9 (GA)

11.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 158/11


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2022 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-56/22)

(2022/C 158/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: L. Baxter, aġent, u T. Buley, Barrister)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2019 (1) sa fejn teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu infiq imġarrab mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati tar-rikorrent taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija under the European Agricultural Guarantee Fund (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-motiv imsemmi ta’ dgħufija fid-definizzjoni ta’ “bidwi attiv – kumpanniji konnessi”; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, li permezz tiegħu jallega li l-interpretazzjoni tal-konvenuta tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 (2) hija żbaljata. Fil-fehma tar-rikorrent, l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 jirrigwarda biss ħlasijiet diretti lill-bdiewa (kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-regolament imsemmi) li huma stess joperaw l-infrastruttura jew is-servizzi rilevanti. Ir-rikorrent isostni li l-konvenuta hija żbaljata peress li:

i. Il-lingwaġġ u t-tifsira tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ma għandhomx l-effett li jipprojbixxu ħlasijiet lil bidwi sempliċement minħabba li entità konnessa twettaq attività fil-lista negattiva ta’ dan l-artikolu.

ii. Ma teżisti l-ebda interpretazzjoni li tiffoka fuq l-għan jew interpretazzjoni teleoloġika tal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, li ma hijiex konformi mal-għanijiet ta’ dan l-artikolu.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2019 tas-17 ta’ Novembru 2021 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nefqa mġarrba mir-Renju Unit fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2021, L 413, p. 3).

(2)  Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU 2021, L 347, p. 608)


Top