Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0037

    Kawża T-37/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (Cerviron)

    ĠU C 138, 28.3.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 138, 28.3.2022, p. 13–13 (GA)

    28.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 138/24


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2022 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (Cerviron)

    (Kawża T-37/22)

    (2022/C 138/28)

    Lingwa tar-rikors: ir-Rumen

    Partijiet

    Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E. Dicu, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Perfect Care Distribution (Bukarest, ir-Rumanija)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CERVIRON” – Trade mark tal-Unjoni Nru 18 100 664

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17 ta’ Novembru 2022 fil-Każ R 520/2021-2

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tammetti r-rikors hekk kif ifformulat u motivat;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tilqa’ t-talba għall-annullament tat-trade mark tal-Unjoni Nru 18 100 664.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 60(1)(c) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top