Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0472

    Kawża T-472/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Near-to-Prime – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/33


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Mocom Compounds vs EUIPO – Centemia Conseils (Near-to-Prime)

    (Kawża T-472/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Near-to-Prime - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    (2023/C 189/44)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Mocom Compounds GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Bornholdt, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: T. Klee, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Centemia Conseils (Angeviller, Franza)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament u l-bidla tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Mejju 2022 (Każ R 2178/2021-1).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

    2)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 359, 19.9.2022.


    Top