Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0278

    Kawża T-278/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Awwissu 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Regolament (KE) Nru 726/2004 – Awtorizzazzjoni għat – tqegħid fis – suq tad – Dimethyl fumarate Neuraxpharm – dimethyl fumarate – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 398, 17.10.2022, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 398/27


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Awwissu 2022 – Biogen Netherlands vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-278/22 R)

    (“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Awtorizzazzjoni għat – tqegħid fis – suq tad – Dimethyl fumarate Neuraxpharm - dimethyl fumarate - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2022/C 398/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Biogen Netherlands BV (Badhoevedorp, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 3254 final tat-13 ta’ Mejju 2022 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal “Dimethyl fumarate Neuraxpharm – dimethyl fumarate”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top