Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0241

    Kawża T-241/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2022 – Juvin vs Il-Parlament (“Miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Membru tal-Parlament – Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 318, 22.8.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 318/38


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Lulju 2022 – Juvin vs Il-Parlament

    (Kawża T-241/22 R)

    (“Miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Membru tal-Parlament - Esklużjoni mill-parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

    (2022/C 318/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Hervé Juvin (Pariġi, Franza) (rappreżentant: F.-P. Vos, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz u T. Lukácsi, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tiegħu abbażi tal-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni D-301936 tal-co-presidenti tal-Grupp ta’ sostenn tad-demokrazija u ta’ koordinazzjoni tal-elezzjonijiet, tat-3 ta’ Marzu 2022, li teskludih minn kull parteċipazzjoni fid-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sat-tmiem tal-mandat tiegħu bħala membru tal-Parlament (2019-2024).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top