Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0234

Kawża T-234/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2022 – Ismailova vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna – Iffriżar tal-fondi – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”)

ĠU C 303, 8.8.2022, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 303/48


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ġunju 2022 – Ismailova vs Il-Kunsill

(Kawża T-234/22 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna - Iffriżar tal-fondi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”)

(2022/C 303/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gulbakhor Ismailova (Tachkent, l-Użbekistan) (rappreżentant: J. Grand d’Esnon, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob, essenzjalment, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, minn naħa, ta’ żewġ atti li permezz tagħhom ġew emendati l-kriterji ta’ iskrizzjoni fil-lista tal-persuni, entitajiet u korpi li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi minħabba l-involviment tagħhom f’azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u, min-naħa l-oħra, ta’ żewġ atti li permezz tagħhom isimha żdied ma din il-lista. B/mod partikolari r-rikorrenti titlob, l-ewwel, prinċipalment, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 55), sa fejn din tikkonċernaha, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 3), sa fejn dan jikkonċernaha, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/329 tal-25 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 50, p. 1), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/330 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 51, p. 1); it-tieni, sussidjarjament, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni 2022/582 sa fejn din tikkonċernaha, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni 2022/581 sa fejn dan jikkonċernaha, tal-paragrafi (f) u (g) tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni 2022/329 u tal-paragrafi (f) u (g) tal-Artikolu 1 tar-Regolament 2022/330 u, it-tielet, li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġi kkundannat iħallasha s-somma ta’ EUR 20 000 bħala spejjeż li hija kellha ssostni sabiex tiddefendi l-interessi tagħha.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


Top