Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0183

    Kawża T-183/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 189, 30.5.2023, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 189/32


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2023 – Eggers & Franke vs EUIPO – E. & J. Gallo Winery (EF)

    (Kawża T-183/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2023/C 189/42)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Eggers & Franke Holding GmbH (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Ebert-Weidenfeller u H. Förster, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u T. Klee, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: E. & J. Gallo Winery (Modesto, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2022 (Każ R 729/2021-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn E. & J. Gallo Winery u Eggers & Franke Holding GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Eggers & Franke Holding GmbH u E. & J. Gallo Winery huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll, kull waħda minnhom, nofs dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 207, 23.5.2022.


    Top