EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0166

Kawża T-166/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Seifert vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Miżuri li jkopru liċ-ċittadini Russi, lill-persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja u lill-persuni ġuridiċi, entitajiet u organi stabbiliti fir-Russja – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

ĠU C 83, 6.3.2023, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 83/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Jannar 2023 – Seifert vs Il-Kunsill

(Kawża T-166/22) (1)

(“Rikors għal annullament - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Miżuri li jkopru liċ-ċittadini Russi, lill-persuni fiżiċi li jirrisjedu fir-Russja u lill-persuni ġuridiċi, entitajiet u organi stabbiliti fir-Russja - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2023/C 83/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Evgenia Seifert (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Seifert, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Haas u A. Westerhof Löfflerová, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tal-punt 9 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 49, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 114, p. 212), sa fejn din id-dispożizzjoni tikser il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni moqri flimkien mad-dritt tagħha tar-rispett għall-ħajja privata.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Evgenia Seifert għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 222, 7.6.2022.


Top