Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0104

    Kawża T-104/22 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni (“Miżuri provviżorji – Aċċess għad-dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej – Regolament (UE) Nru 1303/2013 – Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru – Talba għal sospensjoni ta’ eżekuzzjoni – Fumus boni juris – Ibbilanċjar tal-interessi”)

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/31


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ġunju 2022 – L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-104/22 R)

    (“Miżuri provviżorji - Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fondi strutturali u ta’ investiment Ewropej - Regolament (UE) Nru 1303/2013 - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Talba għal sospensjoni ta’ eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”)

    (2022/C 294/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Fehér u G. Koós, aġenti)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar, A. Spina u A. Tokár, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021, adottata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), li għandha bħala suġġett it-talba konfermattiva ta’ GestDem 2021/2808 intiża sabiex tiggarantixxi l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet tagħha.

    Dispożittiv

    1)

    L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021, adottata b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li għandha bħala suġġett it-talba konfermattiva ta’ GestDem 2021/2808 intiża sabiex tiggarantixxi l-aċċess tal-pubbliku għal dokumenti li joriġinaw mill-awtoritajiet tagħha hija sospiża.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati


    Top