Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TB0017

    Kawża T-17/22: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Tóth vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-attivitajiet ta’ dawl pubbliku ta’ Élios Innovatív – Talba għal aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni – Rifjut impliċitu ta’ aċċess – Deċiżjoni espliċita li tagħti l-aċċess adottata wara l-preżentata tar-rikors – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 284, 25.7.2022, p. 41–42 (GA)

    25.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 284/42


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2022 – Tóth vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-17/22) (1)

    (“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Investigazzjoni tal-OLAF dwar l-attivitajiet ta’ dawl pubbliku ta’ Élios Innovatív - Talba għal aċċess għar-rapport finali tal-investigazzjoni - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita li tagħti l-aċċess adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2022/C 284/57)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrent: Bertalan Tóth (Pécs, l-Ungerija) (rappreżentanti: Á. Baratta u B. Czudar, avukati)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Béres u A. Spina, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tal-10 ta’ Novembru 2021 li permezz tagħha dan ċaħad it-talba tiegħu għal aċċess konfermattiv għad-dokument intitolat “Rapport final de l’OLAF OF/2015/0034/B4 relatif aux activités d’éclairage public d’Élios Innovatív Zrt”.

    Dispożittiv

    1)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 84, 21.2.2022.


    Top