Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0519

    Kawża T-519/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2023 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (FITNESS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati – Revoka ta’ deċiżjoni vvizzjata bi żball manifest imputabbli lill-EUIPO – Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ żball manifest”)

    ĠU C 261, 24.7.2023, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.7.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2023 – Société des produits Nestlé vs EUIPO – European Food (FITNESS)

    (Kawża T-519/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka ta’ deċiżjonijiet jew ta’ kanċellazzjoni ta’ entrati - Revoka ta’ deċiżjoni vvizzjata bi żball manifest imputabbli lill-EUIPO - Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Assenza ta’ żball manifest”)

    (2023/C 261/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Société des produits Nestlé (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger Lenz, A. Lambrecht, u A-C Salger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: European Food SA (Păntășești, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukata)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 894/2020-1).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Ġunju 2022 (Każ R 894/2020-1) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Société des produits Nestlé SA.

    3)

    European Food SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 398, 17.10.2022.


    Top