EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0386

Kawża T-386/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2023 – QF vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati – Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ – Żball ta’ evalwazzjoni”)

ĠU C, C/2023/1301, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1301/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1301/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje C


C/2023/1301

11.12.2023

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2023 – QF vs Il-Kunsill

(Kawża T-386/22) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet tar-Russja li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fuq il-listi ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi kkonċernati - Kunċett ta’ ‘assoċjazzjoni’ - Żball ta’ evalwazzjoni”)

(C/2023/1301)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QF (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Laurent, S. Van Overmeire u A. Boggio-Tomasaz, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 55, rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 131 u fil-ĠU 2023, L 39, p. 65) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 110, p. 3, rettifiki fil-ĠU 2022, L 141, p. 130 u fil-ĠU 2023, L 39, p. 64), sa fejn isimha ġie inkluż fil-listi ta’ persuni u entitajiet li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16) u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/582 tat-8 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/581 tat-8 ta’ April 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil QF.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn QF.


(1)   ĠU C 318, 22.8.2022.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1301/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top