This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TA0302
Case T-302/22: Judgment of the General Court of 29 May 2024 – Vinokurov v Council (Common foreign and security policy – Restrictive measures taken in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine – Freezing of funds – List of persons, entities and bodies to whom the freezing of funds and economic resources applies – Inclusion and maintenance of the applicant’s name on the list – Notion of leading businessperson – Article 2(1)(g) of Decision 2014/145/CFSP – Plea of illegality – Proportionality – Obligation to state reasons – Right to effective judicial protection – Error of assessment – Right to respect for private life – Right to property – Freedom to conduct a business)
Kawża T-302/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Vinokurov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Kunċett ta’ negozjant influwenti – Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża” )
Kawża T-302/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Vinokurov vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Kunċett ta’ negozjant influwenti – Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Żball ta’ evalwazzjoni – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża” )
ĠU C, C/2024/4323, 15.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4323/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4323 |
15.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Mejju 2024 – Vinokurov vs Il-Kunsill
(Kawża T-302/22) (1)
(Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Inklużjoni u żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Kunċett ta’ ‘negozjant influwenti’ - Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata - Dritt għall-proprjetà - Libertà ta’ intrapriża”)
(C/2024/4323)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alexander Semenovich Vinokurov (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: E. Epron, C. Gimbert u J.-F. Quievy, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pavlaki u S. Lejeune, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, fuq il-bażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/397 tad-9 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 31, rettifiki fil-ĠU 2022, L 117, p. 118 u fil-ĠU 2022, L 156, p. 160), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/396 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta' azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 80, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2022, L 117, p. 117 u fil-ĠU 2022, L 154, p. 76), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), it-tielet nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 134), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1) u, ir-raba’ nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/811 tat-13 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 67), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/806 tat-13 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 1), sa fejn dawn l-atti jinkludu u jżommu isem ir-rikorrent fil-listi annessi mal-imsemmija atti.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Alexander Semenovich Vinokurov huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4323/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)