This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TA0182
Case T-182/22: Judgment of the General Court of 5 June 2024 – Deutsche Bank and Others v ECB (Economic and monetary policy – Prudential supervision of credit institutions – Specific supervisory tasks conferred on the ECB – Setting of prudential requirements – Irrevocable payment commitments – Action for annulment – No interest in bringing proceedings – Partial inadmissibility – Manifest error of assessment – Proportionality)
Kawża T-182/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2024 – Deutsche Bank et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lil BĊE – Stabbiliment ta’ rekwiżiti prudenzjali – Impenji ta’ pagamenti irrevokabbli – Rikors għal annullament – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
Kawża T-182/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2024 – Deutsche Bank et vs BĊE (“Politika ekonomika u monetarja – Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu – Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lil BĊE – Stabbiliment ta’ rekwiżiti prudenzjali – Impenji ta’ pagamenti irrevokabbli – Rikors għal annullament – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà parzjali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)
ĠU C, C/2024/4461, 22.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4461/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
C/2024/4461 |
22.7.2024 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ġunju 2024 – Deutsche Bank et vs BĊE
(Kawża T-182/22) (1)
(Politika ekonomika u monetarja - Superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu - Kompiti speċifiċi ta’ superviżjoni fdati lil BĊE - Stabbiliment ta’ rekwiżiti prudenzjali - Impenji ta’ pagamenti irrevokabbli - Rikors għal annullament - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà parzjali - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità)
(C/2024/4461)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) BHW Bausparkasse AG (Hamelin, il-Ġermanja), norisbank GmbH (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Berger u M. Weber, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: K. Lackhoff, M. Prokop u F. Bonnard, aġenti)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħhom ibbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, minn naħa, ir-rikorrenti jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tat-2 ta’ Frar 2022, li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali, inklużi l-Annessi I u II tagħha, f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti li ġew imposti fuqhom u, min-naħa l-oħra, Deutsche Bank u BHW Bausparkasse jitolbu l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-44 tal-BĊE, tal-21 ta’ Diċembru 2022, li tistabbilixxi rekwiżiti prudenzjali, inklużi l-Annessi I u II tagħha, f’dak li jikkonċerna r-rekwiżiti li ġew imposti fuqhom.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors ippreżentat minn Deutsche Bank AG u intiż għall-annullament ta’ miżuri imposti fuq bażi individwali skont il-punt 1.3 tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), tat- 2 ta’ Frar 2022, huwa miċħud bħala inammissibbli. |
2) |
Ir-rikors ippreżentat minn norisbank GmbH u intiż għall-annullament ta’ miżuri imposti fuq bażi individwali skont il-punt 1.3 tad-Deċiżjoni ECB-SSM-2022-DEDEB-6 tal-BĊE, tat- 2 ta’ Frar 2022, huwa miċħud bħala inammissibbli. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud bħala infondat. |
4) |
Deutsche Bank, BHW Bausparkasse AG u norisbank huma kkundannati għall-ispejjeż. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4461/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)