Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0118

    Kawża T-118/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – OM vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Reklutaġġ – Avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Ċaħda ta’ kandidatura – Ħatra ta’ kandidat ieħor – Pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti – Aspettattivi leġittimi – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    ĠU C 83, 6.3.2023, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 83/24


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Diċembru 2022 – OM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-118/22) (1)

    (“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ċaħda ta’ kandidatura - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ksur tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

    (2023/C 83/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: OM (rappreżentant: G. Paris, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Melo Sampaio u A.-C. Simon, aġenti)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tiegħu bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrent jitlob l-annullament tad-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2021, li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea ċaħdet il-kandidatura tiegħu għall-pożizzjoni ta’ membru tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju u informatu dwar il-ħatra ta’ kandidat ieħor għal din il-pożizzjoni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    OM huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 191, 10.5.2022.


    Top