Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0089

    Kawża T-89/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Homy Casa vs EUIPO – Albatros International (Siġġijiet) (“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta siġġu – Disinn preċedenti – Raġuni għal invalidità – Żvelar tad-disinn preċedenti – Żvelar fuq l-internet – Identifikazzjoni tad-disinn preċedenti – Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell – Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

    ĠU C 164, 8.5.2023, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Marzu 2023 – Homy Casa vs EUIPO – Albatros International (Siġġijiet)

    (Kawża T-89/22) (1)

    (“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta siġġu - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Żvelar tad-disinn preċedenti - Żvelar fuq l-internet - Identifikazzjoni tad-disinn preċedenti - Setgħa ta’ evalwazzjoni tal-Bord tal-Appell - Artikolu 63(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)

    (2023/C 164/49)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Homy Casa Ltd (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez u J. Ivanauskas, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Albatros International GmbH (Nerdlen, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Biesterfeld-Kuhn, avukat)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2021 (Każ R 837/2020-3).

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Novembru 2021 (Każ R 837/2020-3) hija annullata.

    2)

    L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż, inkluż l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Homy Casa Ltd għall-finijiet tal-proċedura quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO.

    3)

    Albatros International GmbH hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 148, 4.4.2022.


    Top