Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0036

    Kawża T-36/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (PERFECT FARMA CERVIRON) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PERFECT FARMA CERVIRON – Trade mark preċedenti nazzjonali CERVIRON mhux irreġistrata – Raġuni relattiva ta’ invalidità – Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    ĠU C 134, 17.4.2023, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.4.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/12


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Marzu 2023 – Romedor Pharma vs EUIPO – Perfect Care Distribution (PERFECT FARMA CERVIRON)

    (Kawża T-36/22) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea PERFECT FARMA CERVIRON - Trade mark preċedenti nazzjonali CERVIRON mhux irreġistrata - Raġuni relattiva ta’ invalidità - Artikolu 8(4) u Artikolu 53(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(4) u l-Artikolu 60(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

    (2023/C 134/15)

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Partijiet

    Rikorrent: Romedor Pharma SRL (Focşani, ir-Rumanija) (rappreżentant: E.-M. Dicu, avukata)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u E. Markakis, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Perfect Care Distribution SRL (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Pop, avukata)

    Suġġett

    Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-17 ta’ Novembru 2021 (Każ R 522/2021-2).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Romedor Pharma SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk imġarrba mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    Perfect Care Distribution SRL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 138, 28.3.2022.


    Top