Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TA0033

Kawża T-33/22: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2023 – Vallegre vs EUIPO – Joseph Phelps Vineyards (PORTO INSÍGNIA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTO INSÍGNIA – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti INSIGNIA – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 261, 24.7.2023, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 261/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2023 – Vallegre vs EUIPO – Joseph Phelps Vineyards (PORTO INSÍGNIA)

(Kawża T-33/22) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea PORTO INSÍGNIA - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti INSIGNIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1) (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2023/C 261/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vallegre, Vinhos do Porto, SA (Sabrosa, il-Portugall) (rappreżentanti: E. Armero Lavie, G. Marín Raigal u J. Oria Sousa Montes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Nicolás Gómez, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Joseph Phelps Vineyards LLC (St. Helena, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Reinhard, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Ottubru 2021 (Każ R 894/2021-5).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Vallegre, Vinhos do Porto, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 119, 14.3.2022.


Top