Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0778

Kawża C-788/22, flightright: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

ĠU C 112, 27.3.2023, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 112/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Diċembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-788/22, flightright)

(2023/C 112/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: TAP Portugal

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li trasportatur tal-ajru għandu joffri lil passiġġier li ma laħaqx titjira konnessa minħabba ċirkustanza straordinarja, bħala rotta differenti fl-iqsar żmien possibbli, titjira b’konnessjonijiet mingħajr “check-through” li tippermetti lill-passiġġier jasal fid-destinazzjoni tiegħu 5 sigħat u 15-il minuta qabel il-konnessjoni diretta l-għada, u din it-titjira b’konnessjonijiet timplika madankollu għall-passiġġier li huwa jasal fid-destinazzjoni b’dewmien ta’ 18-il siegħa u 15-il minuta, li jieħu tliet titjiriet minflok titjira diretta u li jkollu, f’kull wieħed miż-żewġ ajruporti ta’ konnessjoni, jiġbor il-bagalji tiegħu, joħroġ miż-żona ta’ sigurtà kif ukoll, għal kull waħda mit-titjiriet il-ġodda, jirreġistra ruħu sagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst u jirreġistra l-bagalji tiegħu, imbagħad jippreżenta ruħu fiż-żona ta’ sigurtà, fejn tnejn minn dawn it-titjiriet huma operati minn kumpanniji tal-ajru Brażiljani domestiċi u waħda minnhom hija kumpannija tal-ajru hekk imsejħa “low cost”?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top