Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0763

    Kawża C-763/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Marseille (Franza) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Procureur de la République vs OP

    ĠU C 112, 27.3.2023, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal judiciaire de Marseille (Franza) fis-16 ta’ Diċembru 2022 – Procureur de la République vs OP

    (Kawża C-763/22)

    (2023/C 112/29)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal judiciaire de Marseille

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Procureur de la République

    Konvenut: OP

    Domanda preliminari

    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) tipprekludi li l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru tkun tagħti s-setgħa lil awtorità governattiva, mingħajr possibbiltà ta’ rimedju ġudizzjarju, sabiex din tiddeċiedi dwar liema bejn mandat ta’ arrest Ewropew u talba għal estradizzjoni konkorrenti mressqa minn Stat terz għandha tiġi eżegwita?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.


    Top