Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0722

    Kawża C-722/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Proċeduri kriminali

    ĠU C 45, 6.2.2023, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 45/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski gradski sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Novembru 2022 – Proċeduri kriminali

    (Kawża C-722/22)

    (2023/C 45/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

    Qorti tar-rinviju

    Sofiyski gradski sad

    Domanda preliminari

    Hija konformi mal-Artikolu 2, moqri flimkien mat-tielet inċiż tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/212/ĠAI tal-24 ta’ Frar 2005 dwar il-Konfiska ta’ Rikavati, Mezzi Strumentali u Proprjetà Konnessi mal-Kriminalità (1), interpretazzjoni ta’ liġi nazzjonali fis-sens li ma hemmx lok li tiġi kkonfiskata bħala mezz strumentali għat-twettiq ta’ reat kriminali vettura bil-mutur tqila (trakk u trejler) użata mill-membri ta’ grupp kriminali organizzat għaż-żamma u għat-trasport ta’ kwantitajiet kbar ta’ prodotti suġġetti għas-sisa (sigaretti) mingħajr timbru fiskali?


    (1)  ĠU 2006, L 159M, p. 223.


    Top