Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0640

    Kawża C-640/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Fiscale Eenheid Achmea BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam

    ĠU C 35, 30.1.2023, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 35/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Gelderland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Ottubru 2022 – Fiscale Eenheid Achmea BV vs Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam

    (Kawża C-640/22)

    (2023/C 35/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Gelderland

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Fiscale Eenheid Achmea BV

    Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst Amsterdam

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuni affiljati f’fond tal-pensjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jistgħu jitqiesu li jġorru r-riskju ta’ investiment, u dan jimplika li l-fond tal-pensjoni jikkostitwixxi “fond speċjali [komuni] ta’ investiment” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? Huwa rilevanti, f’dan ir-rigward:

    jekk il-persuni affiljati jġorrux riskju individwali ta’ investiment jew huwa suffiċjenti li l-persuni affiljati fil-kollettività tagħhom, u ħadd iktar, iġorru l-konsegwenzi tar-riżultati tal-investimenti?

    x’inhi l-portata tar-riskju kollettiv jew tar-riskju individwali?

    sa fejn l-ammont tal-benefiċċji tal-irtirar jiddependi wkoll minn fatturi oħra, bħalma huma n-numru ta’ snin ta’ akkumulazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni, il-livell tas-salarju u l-interessi stmati?

    li, sa mill-1 ta’ Jannar 2018, ma għadx hemm akkumulazzjoni attiva ta’ drittijiet għall-pensjoni fil-fond tal-pensjoni u li dan, minħabba r-rata strateġika ta’ kopertura baxxa, għandu jwettaq trasferiment ta’ valur kollettiv lil assiguratur jew lil fond ieħor tal-pensjoni?

    2)

    Il-prinċipju ta’ newtralità fiskali jimplika li, għall-applikazzjoni tal-Artikolu 135(1)(g) tad-Direttiva dwar il-VAT, f’dak li jirrigwarda l-fondi li ma jikkostitwixxux OIKTT (2), għandu jiġi evalwat mhux biss jekk humiex komparabbli għal OIKTT iżda wkoll jekk, mill-perspettiva tal-konsumatur medju, humiex komparabbli għal fondi oħra li, mingħajr ma huma OIKTT, huma madankollu effettivament meqjusa mill-Istat Membru bħala fondi komuni ta’ investiment?


    (1)  ĠU 2001, L 347, p. 1, rettifka fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

    (2)  Organi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli


    Top