Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0589

    Kawża C-589/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares (Spanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – J.L.O.G., J.J.O.P. vs Resorts Mallorca Hotels International SL

    ĠU C 472, 12.12.2022, p. 30–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 472/30


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares (Spanja) fis-7 ta’ Settembru 2022 – J.L.O.G., J.J.O.P. vs Resorts Mallorca Hotels International SL

    (Kawża C-589/22)

    (2022/C 472/33)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tribunal Superior de Justicia de las Islas Baleares

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: J.L.O.G., J.J.O.P.

    Konvenut: Resorts Mallorca Hotels International SL

    Domandi preliminari

    1)

    Fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tirriżulta mis-sentenza tal-10 ta’ Settembru 2009, Akavan Erityisalojen Keskusliitto AEK et (1), l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (2),

    għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi ta’ konsultazzjoni u ta’ notifika li jikkostitwixxu l-effett utli tad-Direttiva jitnisslu mill-mument li fih l-impriża, fil-kuntest ta’ proċess ta’ ristrutturazzjoni, tipprevedi terminazzjonijiet ta’ kuntratti tax-xogħol li n-numru tagħhom ikun jista’ jeċċedi l-limitu stabbilit għal tkeċċijiet kollettivi irrispettivament mill-fatt li, finalment, in-numru ta’ tkeċċijiet jew ta’ terminazzjonijiet assimilabbli ma jkunx jilħaq dan il-limitu għaliex dan in-numru seta’ jitnaqqas permezz ta’ miżuri adottati mill-impriżi mingħajr konsultazzjoni minn qabel mar-rappreżentanti tal-ħaddiema?

    2)

    L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, meta jipprovdi li “[g]ħall-iskop tal-kalkolu tan-numru tar-redundancies kif previst fis-subparagrafu tal-punt (a), it-termini ta’ kuntratt tax-xogħol li jsir fuq l-inizjattiva ta’ min iħaddem għal raġuni waħda jew iktar li mhumiex relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati għandhom ikunu assimilati mar- redundancies sakemm, hemm mill-inqas ħames redundancies”,

    jinkludi, fil-kuntest ta’ kriżi li fih tnaqqis tal-persunal, inkluż permezz ta’ tkeċċijiet, ikun prevedibbli, it-tluq ta’ ħaddiema propost mill-impriża, mhux mixtieq iżda aċċettat minn dawn tal-aħħar wara li jkunu rċevew offerta vinkolanti ta’ ingaġġ immedjat f’impriża oħra, fejn il-persuna li timpjega tkun organizzat ma’ din l-impriża l-oħra l-possibbiltà għall-ħaddiema tagħha li jiġu intervistati bil-għan tal-ingaġġ eventwali tagħhom?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.

    (2)  C-44/08, EU:C:2009:533.


    Top