Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0569

    Kawża C-569/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16, YV et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/14


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16, YV et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-569/22 P)

    (2022/C 441/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellant: YV rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avocats)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, YW, YZ, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-533/16; YV et vs Il-Kummissjoni;

    tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

    L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

    It-tieni aggravju jinvoka ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


    Top