This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0541
Case C-541/22 P: Appeal brought on 11 August 2022 by Araceli García Fernández and Others against the judgment of the General Court (Third Chamber, Extended Composition) delivered on 1 June 2022 in Case T-523/17, Eleveté Invest Group and Others v Commission and SRB
Kawża C-541/22 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 minn Araceli García Fernández et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-523/17, Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB
Kawża C-541/22 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 minn Araceli García Fernández et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-523/17, Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB
ĠU C 441, 21.11.2022, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/5 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2022 minn Araceli García Fernández et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fl-1 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-523/17, Eleveté Invest Group et vs Il-Kummissjoni u SRB
(Kawża C-541/22 P)
(2022/C 441/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Araceli García Fernández, Faustino González Parra, Fernando Luis Treviño de Las Cuevas, Juan Antonio Galán Alcázar, Lucía Palazuelo Vallejo-Nágera, Macon, SA, Marta Espejel García, Memphis Investments Ltd, Pedro Alcántara de la Herrán Matorras, Pedro José de Jesús Benito Trebbau López, Pedro Regalado Cuadrado Martínez, María Rosario Mari Juan Domingo (rappreżentanti: B.M. Cremades Román, J. López Useros, S. Cajal Martín u P. Marrodán Lázaro, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: Eleveté Invest Group, SL, Antonio Bail Cajal, Carlos Sobrini Marín, Edificios 1326 de l'Hospitalet, SL, Juan José Homs Tapias, Anna María Torras Giro, Marbore 2000, SL, Tristán González del Valle, Il-Kummissjoni Ewropea, Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), ir-Renju ta’ Spanja, Banco Santander, SA
Talbiet
L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tikkonferma l-preżentata tal-appell, tad-dokumenti li prodotti miegħu u tal-argumenti invokati insostenn tal-appell; |
— |
konformement mal-Artikolu 256 TFUE, mal-Artikolu 61 tal-Protokoll (Nru 3) dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u mal-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, tagħti sentenza
|
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jikkontestaw id-dispożittiv u l-bażijiet legali tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali, peress li hija vvizzjata minn diversi żbalji fl-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, minn motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja, minn żbalji fil-klassifikazzjoni tal-fatti, minn żbalji fil-konsegwenzi legali li jirriżultaw minn dan, u minn evalwazzjoni żbaljata tal-provi.
L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tat-talbiet tagħhom
L-ewwel aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (iktar ’il quddiem ir-“RMUR”) (1).
Fl-ewwel parti tiegħu, l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(a) tar-RMUR, f’dak li jirrigwarda l-ħtieġa ta’ provvista ta’ likwidità, in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi ta’ kunfidenzjalità u l-interpretazzjoni tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. Fit-tieni parti tiegħu, dan l-aggravju huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(b) tar-RMUR. F’dan ir-rigward, l-appellanti jsostnu li Banco Popular Español ma kienx insolventi u li s-SRB kellu alternattivi inqas dannużi. Fit-tielet parti tiegħu, l-istess aggravju huwa bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 18(1)(c) tar-RMUR.
It-tieni aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20 tar-RMUR. F’dan ir-rigward, l-appellanti jinvokaw żbalji fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-paragrafi 1, 5, 7, 9, 10 u 11 ta’ dan l-artikolu. Il-ħames parti ta’ dan it-tieni aggravju hija bbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tad-dritt ta’ aċċess għall-fajl, peress li r-raġunament tal-Qorti Ġenerali imur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Protokoll Addizzjonali tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. Is-sitt parti tat-tieni aggravju hija bbażata fuq żbalji ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
It-tielet aggravju bbażat fuq it-talba għal kumpens marbuta mill-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, b’konferma tal-effetti.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tar-RMUR f’dak li jirrigwarda t-talba għal kumpens għal responsabbiltà mhux kuntrattwali indipendenti mit-talba għal annullament. L-ewwel parti tar-raba’ aggravju tanalizza l-iżball manifest imwettaq mill-Qorti Ġenerali meta interpretat il-premessa 116, l-Artikoli 88 u 91 tar-RMUR, u l-Artikolu 339 TFUE billi applikat standard ta’ protezzjoni kunsiderevolment iktar baxx minn dak stabbilit mill-Unjoni fil-qasam ta’ riżoluzzjoni bankarja. Din l-ewwel parti hija wkoll ibbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tar-RMUR li tmur kontra d-dmir ta’ diliġenza. Fl-aħħar nett, it-tieni parti tar-raba’ aggravju hija bbażata fuq interpretazzjoni u fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 20(15) u (16) tar-RMUR, kif ukoll fuq nuqqas ta’ risposta motivata.