This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0532
Case C-532/22: Request for a preliminary ruling from the Curtea de Apel Cluj (Romania) lodged on 9 August 2022 — Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Cluj-Napoca, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj v SC Westside Unicat
Kawża C-532/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj vs SC Westside Unicat
Kawża C-532/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj vs SC Westside Unicat
ĠU C 451, 28.11.2022, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 451/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj vs SC Westside Unicat
(Kawża C-532/22)
(2022/C 451/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Cluj-Napoca, Administraţia Judeţeană a Finaţelor Publice Cluj
Konvenut: SC Westside Unicat
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 53 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għal servizzi tat-tip inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jiġifieri servizzi pprovduti mill-istudios tal-video chat lill-operatur tas-sit internet, li jikkonsistu f’sessjonijiet interattivi ta’ natura erotika, iffilmjat u mxandar b’mod dirett permezz tal-internet (streaming dirett ta’ kontenut diġitali)? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, sabiex tiġi interpretata l-frażi li tinsab fl-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/112, jiġifieri “il-post fejn dawk l-avvenimenti tabilħaqq iseħħu”, huwa rilevanti l-post fejn il-mudelli jidhru quddiem il-webcam, il-post fejn huwa stabbilit l-organizzatur tas-sessjoni, il-post fejn il-klijenti jaraw l-immaġini jew għandu jiġi kkunsidrat post ieħor differenti minn dawk diġà indikati? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.