Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0529

    Kawża C-529/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – PA vs trendtours Touristik GmbH

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-9 ta’ Awwissu 2022 – PA vs trendtours Touristik GmbH

    (Kawża C-529/22)

    (2022/C 441/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Frankfurt am Main

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: PA

    Konvenut: trendtours Touristik GmbH

    Domandi preliminari

    1)

    L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) (id-“Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, minbarra d-dritt previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar, jipprovdi dritt ta’ xoljiment addizzjonali, li l-effetti legali tiegħu japplikaw biss meta l-vjaġġatur jinvoka ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ xoljiment tal-kuntratt li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu u li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv it-twettiq tiegħu jew it-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni?

    2)

    L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titħallas tariffa ta’ xoljiment jibqa’ japplika meta l-vjaġġatur ma jkun indika ebda raġuni fid-dikjarazzjoni ta’ xoljiment tiegħu tal-pakkett tal-ivvjaġġar u jiġġustifika x-xoljiment biss sussegwentement b’ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji fil-mument tax-xoljiment, li jseħħu fil-post tad-destinazzjoni jew fil-viċinanza immedjata tiegħu u li jaffettwaw b’mod sinjifikattiv it-twettiq tiegħu jew it-trasport tal-passiġġieri lejn id-destinazzjoni, liema ċirkustanzi jkunu ġew iddeterminati biss permezz ta’ pronjożi stabbilita fil-mument tax-xoljiment, jew li jkunu seħħew fil-mument tal-ivvjaġġar?


    (1)  ĠU 2015 L 326, p. 1


    Top