This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0528
Case C-528/22: Request for a preliminary ruling from the Szegedi Törvényszék (Hungary) lodged on 8 August 2022 — PQ v Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Miniszterelnöki Kabinetirodát vezető miniszter
Kawża C-528/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Awwissu 2022 – PQ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság u Miniszterelnöki Kabinetirodát vezető miniszter
Kawża C-528/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Awwissu 2022 – PQ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság u Miniszterelnöki Kabinetirodát vezető miniszter
ĠU C 451, 28.11.2022, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
28.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 451/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szegedi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Awwissu 2022 – PQ vs Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság u Miniszterelnöki Kabinetirodát vezető miniszter
(Kawża C-528/22)
(2022/C 451/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szegedi Törvényszék
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PQ.
Konvenuti: Országos Idegenrendészeti Főigazgatóság, Miniszterelnöki Kabinetirodát vezető miniszter
Domandi preliminari
1) |
|
2) |
L-Artikolu 20 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta – u, jekk ikun il-każ, mal-Artikoli 7 u 24 tagħha – għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, l-awtorità nazzjonali li, għal raġunijiet relatati mas-sigurtà nazzjonali, l-ordni pubbliku u/jew is-sigurtà pubblika, adottat deċiżjoni li tirtira permess ta’ residenza ta’ residenti fit-tul mogħti preċedentement jew li tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal estensjoni tad-dritt ta’ residenza u, min-naħa l-oħra, il-korpi speċjalizzati tal-Istat li jiddeċiedu dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, għandhom, meta l-awtorità responsabbli tindika li l-iżvelar ta’ data u ta’ informazzjoni tkun ta’ ħsara għas-sigurtà nazzjonali, jiżguraw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat, l-istess bħar-rappreżentant tiegħu, ikollu fil-każijiet kollha d-dritt ta’ aċċess għall-elementi minn tal-inqas sostanzjali tad-data u tal-informazzjoni kunfidenzjali jew klassifikata li fuqha hija msejsa d-deċiżjoni adottata għar-raġunijiet indikati, kif ukoll id-dritt li jużaw dawn l-elementi fil-kuntest tal-proċedura li twassal għad-deċiżjoni? |
3) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, x’sens preċiż għandu jingħata lill-kunċett ta’ “sostanzjali” f’dak li jirrigwarda r-raġunijiet kunfidenzjali li fuqhom hija msejsa l-imsemmija deċiżjoni, meħuda inkunsiderazzjoni l-Artikoli 41 u 47 tal-Karta? |
4) |
L-Artikolu 20 TFUE, fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti nazzjonali li tistħarreġ il-legalità ta’ opinjoni ta’ korp speċjalizzat tal-Istat imsejsa fuq data kunfidenzjali jew ikklassifikata u tad-deċiżjoni sostantiva fil-qasam ta’ kontroll tal-barranin imsejsa fuq din l-opinjoni għandu jkollha l-ġurisdizzjoni meħtieġa sabiex tivverifika l-legalità (neċessità u proporzjonalità) tal-klassifikazzjoni, u sabiex tadotta deċiżjoni rispettiva li, fil-każ fejn il-klassifikazzjoni hija illegali, tippermetti li l-persuna kkonċernata u r-rappreżentant tagħha jsiru jafu u jużaw d-data kollha li fuqha hija bbażata l-opinjoni jew id-deċiżjoni tal-awtoritajiet amministrattivi u, fil-każ fejn il-klassifikazzjoni hija legali, tagħti lill-persuna kkonċernata l-possibbiltà, fil-kuntest tal-proċedura ta’ kontroll tal-barranin li tirrigwardaha, li ssir taf u li tuża minn tal-inqas il-punti sostanzjali tad-data kunfidenzjali? |
5) |
L-Artikolu 20 TFUE, moqri flimkien mal-Artikoli 7, 24, 51(1) u 52(1) tal-Karta, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat membru li skontha deċiżjoni ta’ kontroll tal-barranin li tirtira permess ta’ residenza ta’ residenti fit-tul mogħti preċedentement jew li tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal estensjoni tad-dritt ta’ residenza ġiet adottata abbażi ta’ evalwazzjoni mhux motivata
|