This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022CN0511
Case C-511/22: Request for a preliminary ruling from the Landgericht Frankfurt am Main (Germany) lodged on 29 July 2022 — AQ v trendtours Touristik GmbH
Kawża C-511/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH
Kawża C-511/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH
ĠU C 441, 21.11.2022, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Lulju 2022 – AQ vs trendtours Touristik GmbH
(Kawża C-511/22)
(2022/C 441/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AQ
Konvenut: trendtours Touristik GmbH
Domandi preliminari
1) |
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1) (id-“Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar”) għandha tiġi interpretata fis-sens li, minbarra d-dritt previst fl-Artikolu 12(1) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar, tipprovdi dritt ta’ xoljiment addizzjonali, li l-effetti legali tiegħu japplikaw biss meta l-vjaġġatur jinvoka tali dritt fid-dikjarazzjoni tiegħu ta’ xoljiment tal-kuntratt? |
2) |
L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva dwar pakketti tal-ivvjaġġar għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu li titħallas tariffa ta’ xoljiment jibqa’ japplika meta l-vjaġġatur ma jkun indika ebda raġuni fid-dikjarazzjoni ta’ xoljiment tiegħu tal-pakkett tal-ivvjaġġar jew ikun indika raġuni li ma hijiex relatata ma’ ċirkustanza inevitabbli u straordinarja? |