EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0497

Kawża C-497/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – EM vs Roompot Service B.V.

ĠU C 389, 10.10.2022, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Lulju 2022 – EM vs Roompot Service B.V.

(Kawża C-497/22)

(2022/C 389/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EM

Konvenut: Roompot Service B.V.

Domanda preliminari

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li l-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-post fejn tinsab il-proprjetà mikrija għandha tapplika għal kuntratt, konkluż bejn persuna privata u sid il-kera kummerċjali li jikri proprjetà għall-btala, li jirrigwarda t-trasferiment tal-użu għal żmien qasir ta’ bangalow f’park tal-btala operat minn sid il-kera, li, b’żieda mas-sempliċi trasferiment tal-użu, jipprovdi għat-tindif finali u għall-provvista ta’ bjankerija tas-sodda bħala servizzi addizzjonali, indipendentement minn jekk il-bangalow tal-btala hijiex proprjetà ta’ sid il-kera jew ta’ terz?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


Top